Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Ewropa u t-triq lejn l-2030

Din hija storja dwar id-dinja li rridu nigħixu fiha minn hawn u għaxar snin oħra. Dwar kif l-Ewropej qed jaħdmu flimkien biex joħolqu dik id-dinja, iġibu l-vera bidla mhux biss fil-komunitajiet tagħna imma wkoll għal miljuni ta’ persuni madwar id-dinja. Hija l-istorja dwar dawk in-nies kollha. U hija l-istorja tiegħek.

Il-gwida tagħna hija l-Aġenda 2030, sett ta’ 17-il għan ambizjuż biex nagħmlu d-dinja tagħna aktar effiċjenti fir-riżors, post aktar ġust. Dawn huma l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. L-SDGs.

 

L-għanijiet jappartjenu lid-dinja kollha, imma aħna l-Ewropej l-aktar li nappoġġjawhom. Flimkien ninvestu daqstant fil-bini ta’ Sħubijiet għad-Dinja tagħna u l-Popli tagħha, għall-Paċi u għall-Prosperità daqs il-kumplament tad-dinja f’daqqa.

 

Liema minn dawn il-“Ħamsa” huwa l-aktar importanti għalik?

Agħmel il-kwizz biex tkun taf!

 
 

IN-NIES

Il-koronavirus ħarbtitilna ħajjitna, imma l-aktar li kienu milquta kienu b’mod partikolari t-tfal tal-iskola. Meta l-iskejjel reġgħu bdew jinfetħu f’xi postijiet f’Settembru 2020, aktar minn 800 miljun żagħżugħ u żagħżugħa, kważi nofs il-popolazzjoni tal-istudenti fid-dinja, ma setgħux jattendu l-iskola. Aħna nemmnu li ebda tifel jew tifla m’għandhom jiġu mċaħħda minn futur, anke minħabba kriżi bħal din, li hija għaliex qed immexxu r-rispons globali għall-pandemija. Imma l-iżgurar ta’ edukazzjoni diċenti għal kulħadd mhijiex azzjoni ta’ emerġenza, hija impenn fit-tul. Matul dawn l-aħħar ħames snin aħna l-Ewropej għenna 68 miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja – aktar mill-popolazzjoni tal-Awstrija u l-Italja flimkien.

Ara inti!

 

Stejjer orali

 
 

ID-DINJA

Il-bidla fil-klima hija theddida globali oħra li ma tirrispettax il-fruntieri. Jekk aħna u l-ġenerazzjonijiet futuri rridu l-opportunità li ngħixu ħajja feliċi u f’saħħitha, irridu naġixxu issa, flimkien, biex nieħdu aktar ħsieb id-dinja tagħna. Mhux biss l-Ewropa se tkun l-ewwel kontinent newtrali għall-klima, imma qed ngħinu wkoll 100 pajjiż jieħu azzjoni dwar il-bidla fil-klima u nipproteġu aktar minn 46 miljun ettaru ta’ ekosistemi fraġli madwar id-dinja – kważi d-daqs ta’ Spanja.

 
 
 

IL-PROSPERITÀ

Programmi Ewropej qed jiftħu investiment biex jinħolqu impjiegi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u jgħinu għexieren ta’ eluf ta’ negozji żgħar jiġu fuq saqajhom permezz ta’ proċessi ta’ produzzjoni ekoloġiċi, u provdew enerġija sostenibbli lil aktar minn 30 miljun persuna f’dawn l-aħħar ħames snin. Dan huwa l-ekwivalent tal-popolazzjoni kollha tal-Belġju, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi.

Dwarna

Stejjer orali

 
 

IL-PAĊI

La d-dinja u lanqas in-nies tagħha ma jista’ jkollhom il-prosperità mingħajr il-paċi. Il-paċi hija ispirazzjoni għall-Unjoni Ewropea tagħna, u hija fil-qalba tad-determinazzjoni tagħna li nrawmu soċjetajiet ġusti u inklussivi kullimkien. L-Ewropa hija l-akbar sostenitur tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja. F’dawn l-aħħar ħames snin, aħna l-Ewropej appoġġjajna elezzjonijiet ħielsa u ġusti fi 38 pajjiż, u l-ħidma tagħna għall-konsolidazzjoni tal-paċi misset il-ħajja ta’ aktar minn tletttliet miljun persuna – jiġifieri l-popolazzjoni kollha ta’ Berlin.

Stejjer orali

 
 

SĦUBIJA

Kif jgħidu: “Jekk trid tasal malajr, mur waħdek. Jekk trid tasal ‘il bogħod, immorru flimkien.”

Ma nistgħux nibdlud-dinja waħedna. Il-futur tagħna huwa marbut ma’ dak tal-imsieħba tagħna. Il-ħidma flimkien ma’ gvernijiet, negozji, organizzazzjonijiet internazzjonali u lokali madwar id-dinja, lL-Unjoni Ewropea għenet tlaqqam 64 miljun tarbija f’sena waħda (il-popolazzjoni tal-Polonja, iċ-Ċeċja, is-Slovakkja u l-Ungerija flimkien), mexxiet il-fondi internazzjonali għar-riċerka tal-vaċċini ta’ COVID-19, u hija l-kontributur ewlieni għal COVAX, l-inizjattiva globali għall-aċċess ekwitabbli għal dawk il-vaċċini.

 

Segwina fuq Instagram!